Malta Communications Authority - MCA

Malta Communications Authority - MCA The MCA is the national regulatory authority of the communications sector in Malta.

The Malta Communications Authority was set up to regulate communications services, which include, fixed and mobile telephony, Internet and TV distribution services. It also regulates the postal sector and eCommerce services and Malta’s radio spectrum resources. This year, the Authority’s mandate has been further extended to include responsibility for developing Malta’s ICT potential through innova

tion. We also implement initiatives aimed at ensuring that every business and individual has the competences to beneficially use ICT and engage in online activities. On the consumer front, we implement programmes to ensure that consumers are well informed about their rights and about the various offers available to them.

🚨 L-aħħar cans biex tapplika!Il-pass li jmiss jista’ jkun mal-MCA.Żewġ opportunitajiet fil-qasam tat-teknoloġija u s-ser...
27/08/2026

🚨 L-aħħar cans biex tapplika!

Il-pass li jmiss jista’ jkun mal-MCA.

Żewġ opportunitajiet fil-qasam tat-teknoloġija u s-servizzi diġitali:

💻 Assistant Manager ICT (Jobsplus Permit No 677/2026)
🌐 Digital Services Specialist (Jobsplus Permit No 678/2026)

📅 L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tlieta 1 ta' Settembru 2026.

🔗 Aktar informazzjoni u d-dettalji dwar kif tapplika jinsabu fil-kummenti.

🚨 Last chance to apply!

Your next move could be with the MCA.

Two opportunities in technology and digital services:
💻 Assistant Manager ICT (Jobsplus Permit No 677/2026)
🌐 Digital Services Specialist (Jobsplus Permit No 678/2026)

📅 Applications close on Tuesday, 1 September 2026.

🔗 More information and application details are available in the comments.

📄 Qabel ma tabbona għal servizz tal-internet, tal-mobile, tat-TV jew tat-telefown, għandek id-dritt li tirċievi Sommarju...
25/08/2026

📄 Qabel ma tabbona għal servizz tal-internet, tal-mobile, tat-TV jew tat-telefown, għandek id-dritt li tirċievi Sommarju tal-Kuntratt.

Dan id-dokument qasir u faċli biex jinftiehem jiġbor fih l-informazzjoni ewlenija tal-kuntratt tiegħek, inklużi:
🔹 Is-servizzi pprovduti
🔹 Il-prezz
🔹 It-tul tal-kuntratt
🔹 Il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni

B’hekk tkun tista’:
✅ Tqabbel il-pjanijiet differenti b’mod aktar faċli
✅ Tieħu deċiżjonijiet infurmati
✅ Tifhem aħjar għal xiex qed tabbona

Ftakar: itlob lill-operatur tiegħek jagħtik Sommarju tal-Kuntratt qabel ma tabbona għal kwalunkwe servizz.

📄 Before signing up for internet, mobile, TV, or fixed telephony services, you have the right to receive a Contract Summary.

This short and easy-to-read document highlights the key details of your contract, including:

🔹 The services provided
🔹 The price
🔹 The contract duration
🔹 The termination conditions

This helps you to:
✅ Compare different plans more easily
✅ Make informed decisions
✅ Understand what you're signing up for

Remember: ask your provider for a Contract Summary before subscribing to any service.

🧳 Se ssiefer fil-jiem li ġejjin u mintix ċert dwar l-ispejjeż tar-roaming?📻 Fil-11:00am fuq Net FMIl-kollega tagħna, Yan...
20/08/2026

🧳 Se ssiefer fil-jiem li ġejjin u mintix ċert dwar l-ispejjeż tar-roaming?

📻 Fil-11:00am fuq Net FM

Il-kollega tagħna, Yanika Bugeja, se tkun fuq il-programm tar-radju Brunch ma' Marbeck, fejn se taqsam informazzjoni utli dwar is-servizz tar-roaming.

Skopri x’tista’ tagħmel qabel issiefer biex tkun infurmat dwar is-servizz tar-roaming u tevita spejjeż mhux mistennija.

🔗 Segwi d-diskussjoni billi tagħfas il-link li tinsab fil-kummenti.

⏱️ Ġieli kellek tistenna biex website tillowdja? Jew waqaflek video waqt li kont qed tarah?📺 Fil-5:10pm fuq Net TVYanika...
19/08/2026

⏱️ Ġieli kellek tistenna biex website tillowdja? Jew waqaflek video waqt li kont qed tarah?

📺 Fil-5:10pm fuq Net TV

Yanika Bugeja, Analista fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), se tkun fuq il-programm Sajf fuq Net ma' Malcolm Pisani, fejn se titkellem dwar kif tista’ tikseb esperjenza aħjar meta tuża s-servizz tal-internet u x’tista’ tagħmel jekk tiltaqa’ ma’ problemi fil-kwalità tas-servizz.

🔗 Agħfas il-link li tinsab fil-kummenti biex issegwi d-diskussjoni.

📬 Parti mill-Istorja tal-MCA b’Risq Kawża ĠustaFl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikaz...
18/08/2026

📬 Parti mill-Istorja tal-MCA b’Risq Kawża Ġusta

Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), is-Sett tal-Bolol u l-Folder Kommemorattiv ta’ edizzjoni limitata għadhom disponibbli għall-bejgħ.

Kemm jekk tikkollezzjona l-bolol jew qed tfittex tifkira unika, dan is-sett kommemorattiv huwa mod speċjali kif tfakkar dan l-anniversarju importanti, filwaqt li tikkontribwixxi għal kawża ġusta.

💶 €35 għal kull sett
❤️ Id-dħul kollu mill-bejgħ se jingħata lill-Malta Community Chest Fund Foundation.

📮 Interessat? Imla l-formola permezz tal-link fil-kummenti biex tagħmel l-ordni tiegħek.

📬 A Piece of MCA History, Supporting a Worthy Cause

To mark the Malta Communications Authority’s (MCA) 25th anniversary, our limited-edition Stamp Set and Commemorative Folder are still available for sale.

Whether you’re a stamp collector or simply looking for a unique keepsake, this commemorative set offers a special way to mark this important milestone while contributing to a worthy cause.

💶 €35 per set
❤️ All proceeds from the sale will be donated to the Malta Community Chest Fund Foundation.

📮 Interested? Complete the form through the link in the comments to place your order.

📝 X'inhu s-Sommarju tal-Kuntratt u għaliex huwa important?📺 Fil-5:10pm fuq Net TVIl-kollega tagħna, Yanika Bugeja se tku...
12/08/2026

📝 X'inhu s-Sommarju tal-Kuntratt u għaliex huwa important?

📺 Fil-5:10pm fuq Net TV

Il-kollega tagħna, Yanika Bugeja se tkun fuq il-programm Sajf fuq Net ma' Malcolm Pisani, fejn se tispjega x'inhu s-Sommarju tal-Kuntratt u għaliex huwa importanti li jkollok dan id-dokument f'idejk qabel ma tabbona għal servizz tat-telekomunikazzjoni.

🔗 Isma’ d-diskussjoni mil-link li jinsab fil-kummenti.

📢 Opportunitajiet ta’ Xogħol mal-MCAIt-teknoloġija tinbidel ... Id-dinja diġitali tevolvi ... U magħhom, jinbidel ukoll ...
11/08/2026

📢 Opportunitajiet ta’ Xogħol mal-MCA

It-teknoloġija tinbidel ... Id-dinja diġitali tevolvi ... U magħhom, jinbidel ukoll ix-xogħol tagħna.
L-MCA qed tfittex żewġ persuni biex jingħaqdu mat-tim tagħha:

💻 Assistant Manager ICT (Jobsplus Permit No 677/2026)
Għal min irid jaħdem fuq it-teknoloġija li fuqha tiddependi l-ħidma tagħna, mill-infrastruttura u s-sigurtà tal-informazzjoni sal-iżvilupp ta’ sistemi u proġetti ġodda.

🌐 Digital Services Specialist (Jobsplus Permit No 678/2026)
Għal min irid ikun involut f’wieħed mill-oqsma diġitali li qed jevolvu l-aktar, jaħdem fuq id-Digital Services Act, il-protezzjoni tal-utenti online u żviluppi regolatorji f’Malta u fl-UE.

Jista’ jkun li waħda minn dawn l-opportunitajiet tgħodd għalik?

📅 Applika sal-1 ta’ Settembru 2026.
🔗 Aktar informazzjoni dwar iż-żewġ opportunitajiet u kif tapplika tinsab fil-kummenti.

📢 Job Opportunities at the MCA

Technology changes ... The digital world evolves ... And so does the work we do.
The MCA is looking for two people to join the team:

💻 Assistant Manager ICT (Jobsplus Permit No 677/2026)
For someone who wants to work on the technology our organisation relies on, from infrastructure and information security to developing new systems and projects.

🌐 Digital Services Specialist (Jobsplus Permit No 678/2026)
For someone who wants to work in one of the fastest-evolving areas of the digital world, contributing to the Digital Services Act, online user protection and regulatory developments in Malta and across the EU.

Could one of these roles be for you?

📅 Apply by 1 September 2026.
🔗 More information about both opportunities and how to apply is available in the comments.

👋 Niltaqgħu ma’ NicoleNicole hija Konsulenta Legali u Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data fl-Awtorità ta' Malta dwar il-...
10/08/2026

👋 Niltaqgħu ma’ Nicole

Nicole hija Konsulenta Legali u Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data fl-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), fejn tipprovdi pariri legali fuq firxa ta’ kwistjonijiet regolatorji, tagħti sapport f'attivitajiet ta’ konformità u infurzar, u tgħin biex tiżgura l-osservanza tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

Wara li studjat il-Liġi fl-Università ta’ Malta u kisbet il-warrant biex tipprattika bħala avukat, Nicole żviluppat interess kbir fil-qasam regolatorju. Dan wassalha biex tingħaqad mal-MCA, fejn taħdem fuq affarijiet relatati mal-leġiżlazzjoni, il-konformità u l-governanza.

💬 “Meta nitkellem fuq xogħli, ħafna nies ikunu sorpriżi b’kemm huwa varjat. M’hemmx ġurnata bħall-oħra. Illum jaf inkun qed nanalizza leġiżlazzjoni ġdida tal-UE, filwaqt li għada nkun qed nagħti pariri dwar kwistjonijiet regolatorji, kuntratti, xiri pubbliku, jew il-protezzjoni tad-data. Din il-varjetà hija waħda mill-iktar aspetti li togħġobni f'xogħli.”

💬 “Memorja li nibqa' ngħożż matul iż-żmien tiegħi fl-MCA kienet l-opportunità li naħdem fuq żviluppi leġiżlattivi importanti tal-UE, inklużi inizjattivi immirati lejn il-kreazzjoni ta’ ambjent diġitali aktar sikur għall-utenti, b’mod partikolari għall-minuri online. Il-kollaborazzjoni ma’ kollegi minn dixxiplini differenti tagħtini l-opportunità li nibqa’ nitgħallem u niżviluppa b’mod kontinwu, filwaqt li nikkontribwixxi għal diversi proġetti.”

Nicole ssib sodisfazzjon fil-firxa wiesgħa ta' xogħolha u fil-kontribut tagħha għal-leġiżlazzjoni li tfassal ambjent diġitali aktar sikur u ġust. Id-dedikazzjoni tagħha tkompli ssostni l-missjoni tal-MCA kuljum.

👋 Meet Nicole

Nicole is a Legal Adviser and Data Protection Officer at the Malta Communications Authority (MCA), where she provides legal advice on a range of regulatory matters, supports compliance and enforcement activities, and helps ensure adherence to data protection requirements.

After studying Law at the University of Malta and obtaining her warrant to practise as a lawyer, Nicole developed a strong interest in regulatory work. This led her to the MCA, where she works on matters involving legislation, compliance and governance.

💬 “When I speak about my work, many people are surprised by how diverse it is. No two days are the same. One day I might be analysing new EU legislation, while the next I’m advising on regulatory matters, contracts, procurement, or data protection issues. The variety is one of the aspects I enjoy most about my work at the MCA.”

💬 “One of the most rewarding aspects of my time at the MCA has been the opportunity to work on significant EU legislative developments, including initiatives aimed at creating a safer digital environment for users, particularly minors online. Collaborating with colleagues across different disciplines has allowed me to continuously learn and develop, while contributing to various projects.”

Nicole finds fulfilment in the breadth of her work and in contributing to legislation that shapes a safer and fairer digital environment. Her dedication continues to support the MCA's mission every day.

✈️ Se ssiefer dalwaqt? Żomm ruħek infurmat dwar ir-roaming.📺 Illum fil-4:50pm fuq Net TVSegwi lil Yanika Bugeja fuq il-p...
03/08/2026

✈️ Se ssiefer dalwaqt? Żomm ruħek infurmat dwar ir-roaming.

📺 Illum fil-4:50pm fuq Net TV

Segwi lil Yanika Bugeja fuq il-programm tat-televiżjoni Sajf fuq Net ma’ Malcolm Pisani, għal pariri prattiċi dwar kif tuża r-roaming b'mod għaqli waqt il-vjaġġ tiegħek.

Agħfas il-link li tinsab fil-kummenti biex issegwi d-diskussjoni.

Ikseb Parti mill-Istorja tal-MCA! 🎉Biex infakkru l-25 anniversarju tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, qed no...
03/08/2026

Ikseb Parti mill-Istorja tal-MCA! 🎉

Biex infakkru l-25 anniversarju tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, qed noffru Sett ta’ Bolol u Folder Kommemorattiv f’edizzjoni limitata.

Jekk qed tfittex tifkira unika, dan is-sett speċjali jagħti ġieħ lil 25 sena ta’ konnessjoni, regolamentazzjoni u tisħiħ tas-settur tal-komunikazzjoni f’Malta.

💶 Il-prezz tas-sett sħiħ huwa ta’ €35. Id-dħul kollu mill-bejgħ tas-sett se jingħata b’donazzjoni lill-karità.

📮 Interessat tixtri sett?
🔗 Agħfas fuq il-link li tinsab fil-kummenti biex timla' l-formola u tordna s-sett tiegħek.

Titlifx l-opportunità li żżid din il-kollezzjoni kommemorattiva mal-kollezzjoni tiegħek, waqt li tkun qed tikkontribwixxi għal kawża ġusta.

🎉 Own a Piece of the MCA's Story! 🎉

To mark the Malta Communications Authority’s 25th anniversary, we are offering a limited-edition Stamp Set and Commemorative Folder.

If you're looking for a unique keepsake, this special set pays tribute to 25 years of connectivity, regulation and the continued development of Malta’s communications sector.

💶 The commemorative set is priced at €35. All proceeds from the sale of the set will be donated to charity.

📮 Interested in purchasing a set?
🔗 Click on the link in the comments to complete the form and place your order.

Don’t miss the opportunity to add this limited-edition commemorative set to your collection, while contributing to a worthy cause.

Address

Valletta Waterfront, Pinto Wharf
Floriana
FRN1913

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Malta Communications Authority - MCA posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Malta Communications Authority - MCA:

Shortcuts

Share